'Dħalt fl-arena politika għax naf li hemm min iħossu mhux rappreżentat politikament' - Illum
Il-kandidat tal-VOLT għall-elezzjonijiet Ewropej Matthias Iannis Portelli jemmen li ż-żgħażagħ mhux jixbgħu mill-politika, iżda qed iħossuhom orfni ta’ żewġ partiti kbar li mhux joffrulhom politika alternattiva, progressive u proattiva.

Matthias Iannis Portelli hu wiċċ ġdid għall-pubbliku. Dan minkejja li ż-żgħażagħ u l-attivisti frekwentement jiltaqgħu miegħu fi protesti għad-drittijiet umani, ambjentali u anke demokratiċi. Mhux kulħadd jaf l-istorja wara l-unika kandidat tal-VOLT għall-elezzjonijiet Ewropew u għalhekk li l-ILLUM poġġiet ma’ Portelli għal Intervista qasira.