Volt jingħaqad mal-Grupp Greens/EFA fil-Parlament Ewropew

> Wara negozjati kemm mal-Grupp Greens/EFA kif ukoll ma’ Renew Europe, Volt organizza votazzjoni fost il-membri dwar l-affiljazzjoni tal-MEPs tiegħu.
> Maġġoranza ta’ 87% ivvutat favur li jingħaqdu mal-Grupp Greens/EFA.

24 Ġun 2024

24 ta’ Ġunju 2024 - Il-ħames MEPs ta’ Volt se jingħaqdu mal-Grupp Greens/EFA fil-Parlament Ewropew. Id-deċiżjoni ġiet imħabbra wara ġimagħtejn ta’ negozjati u votazzjoni mill-membri ta’ Volt Europa minn madwar il-kontinent.

Damian Boeselager, MEP u ko-fundatur, qal li Volt għandu l-għan li jkollu grupp tiegħu stess fil-Parlament Ewropew biex isir partit tassew Ewropew. Sa dak iż-żmien, jintalbu l-membri jiddeċiedu fejn għandhom joqogħdu l-MEPs. Huwa esprima sodisfazzjon li l-membri ta’ Volt segwew ir-rakkomandazzjoni biex jingħaqdu mal-Grupp Greens/EFA, grupp li appoġġa l-missjoni ta’ Volt dwar riforma tal-UE, regoli umani dwar il-migrazzjoni, ekonomija kompetittiva, “l-approċċ lejn il-klima, u ġustizzja soċjali. Żied ukoll li jittama li dan isaħħaħ lill-Grupp Greens/EFA biex ikun parti mill-maġġoranza ta’ von der Leyen sabiex jiġi protett il-Green Deal.

Anna Strolenberg, MEP, sostniet li l-ġlieda kontra l-populiżmu tal-lemin estrem tinsab fil-qalba tal-aġenda ta’ Volt u kienet waħda mir-raġunijiet għaliex twaqqfet il-moviment. Għaliha, il-Grupp Greens/EFA huwa wieħed mill-aktar gruppi kredibbli biex jikkontrobattu l-populiżmu tal-lemin u jidher ċar li l-membri ta’ Volt minn madwar l-Ewropa jaqsmu l-istess fehma.

Il-ħames MEPs spjegaw id-deċiżjoni tagħhom f’konferenza tal-aħbarijiet nhar it-Tnejn. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja: [email protected].

Dwar Volt:

Bħala l-ewwel partit tassew pan-Ewropew, Volt huwa impenjat li jirriforma l-Unjoni Ewropea sabiex l-isfidi globali jiġu solvuti fuq livell Ewropew. Il-viżjoni ta’ Volt: Ewropa progressiva b’gvern Ewropew elett b’mod demokratiku, soċjetà ġusta, ekonomija li tipproteġi l-klima u diġitalizzazzjoni awtonoma.

Volt hu konvint li l-parteċipazzjoni demokratika mill-bażi biss tista’ tipprepara lill-Ewropa għal futur sostenibbli, ekonomikament b’saħħtu u soċjalment ġust. Għalhekk Volt jaħdem fuq kull livell - mill-lokali sal-Ewropew - bħala moviment u bħala partit. Il-moviment jagħti lil kull ċittadin Ewropew leħen u l-opportunità li jinvolvi ruħu fil-politika direttament mis-soċjetà. Volt issa huwa rappreżentat madwar l-Ewropa: eluf ta’ nies ta’ kull età u professjoni huma involuti f’aktar minn tletin pajjiż, b’timijiet f’għexieren ta’ bliet.

Volt Europa 

[email protected]