Volt jikseb ħames MEPs pan-Ewropej fil-Parlament Ewropew
olt, l-uniku partit pan-Ewropew, kiseb ħames siġġijiet fit-tieni parteċipazzjoni tiegħu fl-elezzjonijiet Ewropej.
Il-partit se jkun rappreżentat minn Anna Strolenberg u Reinier van Lanschot, it-tnejn mill-Olanda, kif ukoll Damian Boeselager, Nela Riehl u Kai Tegethoff, it-tlieta mill-Ġermanja.

Il-Ko-Presidenti ta’ Volt Europa, Mels Klabbers u Francesca Romana D’Antuono, qalu: “Illum huwa mument storiku għall-politika Ewropea. L-MEPs il-ġodda tagħna se jirrappreżentaw lill-votanti madwar l-Ewropa kollha – irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom. Dan hu li jagħmilna uniċi. Hekk hu kif irridu nibdlu l-politika għall-aħjar”
10 ta’ Ġunju 2024 - Volt, l-ewwel u l-uniku partit pan-Ewropew, kiseb ħames Membri tal-Parlament Ewropew wara li pparteċipa għat-tieni darba fl-elezzjonijiet Ewropej. Il-partit se jkun rappreżentat minn Damian Boeselager, Anna Strolenberg, Reinier van Lanschot, Nela Riehl u Kai Tegethoff fil-perjodu leġiżlattiv li jmiss. Damian Boeselager reġa’ żamm is-siġġu tiegħu, wara li kien elett bħala l-ewwel MEP ta’ Volt fl-2019.
Volt jiffoka fuq riforma demokratika tal-UE, politiki ġusti dwar il-migrazzjoni, passi konkreti lejn armata Ewropea, provvista ta’ enerġija rinovabbli madwar l-Ewropa u t-tisħiħ tas-setgħa taċ-ċittadini fi soċjetajiet ġusti fuq livell Ewropew. L-entitajiet nazzjonali tal-partit, iżda, iwettqu l-politiċi rispettivi fuq livell nazzjonali u lokali. B’dan il-mod, Volt jiżgura li l-politiċi pan-Ewropej tiegħu jkollhom ukoll impatt nazzjonali.
Francesca Romana D’Antuono, Co-President of Volt: “Ko-President ta’ Volt, qalet: “Fl-2019, Volt seta’ jiġi elett f’seba’ pajjiżi u kien ilu mwaqqaf biss sentejn. Issa, Volt ħareg f’ħmistax-il pajjiż u ġie appoġġjat minn aktar minn 24,000 membru f’tletin pajjiż madwar l-Ewropa li jfasslu l-għanijiet progressivi tal-partit tagħna, filwaqt li t-talbiet għas-sħubija qegħdin jiżdiedu.”
Mels Klabbers, Ko-President ta’ Volt Europa, spjega l-approċċ pan-Ewropew ta’ Volt: “L-MEPs ta’ Volt mhumiex qed jirrappreżentaw biss il-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom. Minflok, huma jaqsmu identità kollettiva Ewropea u approċċ unifikat għat-tmexxija li jaqbeż il-fruntieri. Dan ifisser li m’għandniex MEPs Olandiżi jew Ġermaniżi; għandna MEPs Ewropej li jirrappreżentaw iċ-ċittadini Ewropej fuq livell transnazzjonali.”
Dwar Volt:
Bħala l-ewwel partit tassew pan-Ewropew, Volt huwa impenjat li jirriforma l-Unjoni Ewropea sabiex l-isfidi globali jiġu solvuti fuq livell Ewropew. Il-viżjoni ta’ Volt: Ewropa progressiva b’gvern Ewropew elett b’mod demokratiku, soċjetà ġusta, ekonomija li tipproteġi l-klima u diġitalizzazzjoni awtonoma.
Volt hu konvint li l-parteċipazzjoni demokratika mill-bażi biss tista’ tipprepara lill-Ewropa għal futur sostenibbli, ekonomikament b’saħħtu u soċjalment ġust. Għalhekk Volt jaħdem fuq kull livell - mill-lokali sal-Ewropew - bħala moviment u bħala partit. Il-moviment jagħti lil kull ċittadin Ewropew leħen u l-opportunità li jinvolvi ruħu fil-politika direttament mis-soċjetà. Volt issa huwa rappreżentat madwar l-Ewropa: eluf ta’ nies ta’ kull età u professjoni huma involuti f’aktar minn tletin pajjiż, b’timijiet f’għexieren ta’ bliet.
Volt Europa
[email protected]