Volt Malta (MT) | Aħbarijiet
Nela Riehl, Membru tal-Parlament Ewropew għall-partit Volt, ġiet imsemmija Best Newcomer waqt l-avveniment annwali MEP Awards f’Brussell. Hija tinsab mal-grupp Greens/EFA u bħalissa tmexxi l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT), li jagħmilha waħda mill-aktar vuċijiet ġodda prominenti fil-Parlament Ewropew.
Il-premjijiet tal-2025, organizzati mil-magazin; The Parliament, jinkludu tmien kategoriji. Fl-istess waqt li Riehl rebħet bħala Best Newcomer, l-MEP Laburista Thomas Bajada rebaħ ukoll f’din il-kategorija.
Riehl tqis il-premju bħala rikonoxximent għat-tim kollu tagħha. Volt kiber b’mod sinifikanti fl-elezzjonijiet Ewropej u kellu jibni strutturi operattivi ġodda fi Brussell. Illum hemm delegazzjoni motivata minn madwar l-Ewropa kollha li taħdem kuljum għall-viżjoni politika ta’ Volt. Għalhekk il-premju jirrifletti xogħol kollettiv. Madankollu, l-għan jibqa’ li jsir tibdil reali u mhux li jinġabru premjijiet.
Riehl hija waħda minn ftit MEPs li huma persuni ta’ kulur fost total ta’ 720. Dan juri b’mod ċar li hemm bżonn ta’ aktar nisa u aktar diversità fil-politika Ewropea. Din tibqa’ sfida ta’ kuljum u tagħmel parti mill-viżjoni li l-politika għandha tkun tassew rappreżentattiva.
Dwar Nela Riehl
Qabel l-elezzjoni tagħha fl-2024, Riehl (39) kienet għalliema f’Hamburg. Hija kisbet wieħed mill-ħames siġġijiet ta’ Volt fil-Parlament Ewropew u llum tiffoka fuq id-drittijiet taż-żgħażagħ, il-protezzjoni tal-ħaddiema u politika barranija femminista. Tgħix fi Brussell mal-familja tagħha.
Volt Europa tesprimi tħassib serju dwar l-intensifikazzjoni tat-tensjonijiet bejn l-Iżrael u l-Iran. L-iżviluppi riċenti jirriskjaw li jkomplu jiddestabilizzaw reġjun li diġà hu instabbli u jistgħu jwasslu għal kriżijiet serji umanitarji u ta’ sigurtà.
Bħala moviment politiku pan-Ewropew impenjat favur il-paċi, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, Volt Europa isejjaħ għal de-eskalazzjoni immedjata u jħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jidħlu f’djalogu kostruttiv. Aħna nemmnu li l-isforzi diplomatiċi, appoġġjati mill-komunità internazzjonali, huma essenzjali biex jiġu solvuti l-problemi sottostanti u jiġi evitat aktar teskalament.
Volt Europa tappoġġja l-isforzi tal-Unjoni Ewropea u atturi internazzjonali oħra fil-medjazzjoni bejn l-Iżrael u l-Iran. Aħna nappoġġjaw approċċ komprensiv li jindirizza l-preokkupazzjonijiet ta’ sigurtà, jirrispetta s-sovranità nazzjonali u jħares il-liġi internazzjonali. Huwa kruċjali li l-partijiet kollha jaħdmu lejn soluzzjoni paċifika li tiżgura s-sigurtà tal-popolazzjonijiet kollha affettwati.
Aħna nħeġġu lill-partijiet kollha jżommu lura u ninkoraġġixxu lill-komunità internazzjonali biex tagħti prijorità lid-diplomazija u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti.
Flimkien, nistgħu nibnu futur fejn id-djalogu jirbaħ fuq il-kunflitt u r-rispett reċiproku jrawwem il-paċi.
Oriġinarjament ippubblikat minn Volt Europa.
24. 7. 2024 Brussell  - Membru ġdida tal-Parlament Ewropew għal Volt, Nela Riehl inħatret President tal-Kumitat għall-Edukazzjoni u l-Kultura.
Hija affermat li bħala President se tiżgura li l-edukazzjoni u l-kultura, li jinkludu d-dritt li tesprimi ruħek liberament, jibqgħu fuq nett tal-aġenda politika. Hija esprimiet ukoll is-sodisfazzjon tagħha li din il-pożizzjoni ngħatat lilha u mhux lill-estrem tal-lemin. Volt tibqa’ soda fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem li huma l-pedament ta’ dan il-Kumitat.
Damian Boeselager, ko-fundatur ta’ Volt u MEP, inħatar ukoll l-ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji.
Huwa sostna li r-rwol ta’ Viċi President se jippermetti lil Volt iwettaq wegħda ewlenija tal-kampanja tiegħu fil-kumitat l-aktar importanti għal dawn il-kwistjonijiet: li jistabbilixxi ekonomija li tħeġġeġ l-innovazzjoni. Il-kompetittività Ewropea għandha tinbena fuq regoli b’saħħithom kontra l-monopolji u għandha tinkludi l-kompletezza tal-Unjoni Bankarja u tal-Kapitali. Dan hu li se jaħdem għalih. Barra minn hekk, ir-rwol ta’ Viċi President ifisser li Volt jista’ jikkontribwixxi biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Parlament fl-eżerċizzju ta’ skrutinju fuq il-Kummissjoni Ewropea, ħaġa li l-partit jieħu bis-serjetà.
Dwar Volt:
Bħala l-ewwel partit tassew pan-Ewropew, Volt huwa impenjat li jirriforma l-Unjoni Ewropea sabiex l-isfidi globali jiġu solvuti fuq livell Ewropew. Il-viżjoni ta’ Volt: Ewropa progressiva b’gvern Ewropew elett b’mod demokratiku, soċjetà ġusta, ekonomija li tipproteġi l-klima u diġitalizzazzjoni awtonoma.
Volt hu konvint li l-parteċipazzjoni demokratika mill-bażi biss tista’ tipprepara lill-Ewropa għal futur sostenibbli, ekonomikament b’saħħtu u soċjalment ġust. Għalhekk Volt jaħdem fuq kull livell - mill-lokali sal-Ewropew - bħala moviment u bħala partit. Il-moviment jagħti lil kull ċittadin Ewropew leħen u l-opportunità li jinvolvi ruħu fil-politika direttament mis-soċjetà. Volt issa huwa rappreżentat madwar l-Ewropa: eluf ta’ nies ta’ kull età u professjoni huma involuti f’aktar minn tletin pajjiż, b’timijiet f’għexieren ta’ bliet.
Volt Europa
eurpress@volteuropa.org
24 ta’ Ġunju 2024 - Il-ħames MEPs ta’ Volt se jingħaqdu mal-Grupp Greens/EFA fil-Parlament Ewropew. Id-deċiżjoni ġiet imħabbra wara ġimagħtejn ta’ negozjati u votazzjoni mill-membri ta’ Volt Europa minn madwar il-kontinent.
Damian Boeselager, MEP u ko-fundatur, qal li Volt għandu l-għan li jkollu grupp tiegħu stess fil-Parlament Ewropew biex isir partit tassew Ewropew. Sa dak iż-żmien, jintalbu l-membri jiddeċiedu fejn għandhom joqogħdu l-MEPs. Huwa esprima sodisfazzjon li l-membri ta’ Volt segwew ir-rakkomandazzjoni biex jingħaqdu mal-Grupp Greens/EFA, grupp li appoġġa l-missjoni ta’ Volt dwar riforma tal-UE, regoli umani dwar il-migrazzjoni, ekonomija kompetittiva, “l-approċċ lejn il-klima, u ġustizzja soċjali. Żied ukoll li jittama li dan isaħħaħ lill-Grupp Greens/EFA biex ikun parti mill-maġġoranza ta’ von der Leyen sabiex jiġi protett il-Green Deal.
Anna Strolenberg, MEP, sostniet li l-ġlieda kontra l-populiżmu tal-lemin estrem tinsab fil-qalba tal-aġenda ta’ Volt u kienet waħda mir-raġunijiet għaliex twaqqfet il-moviment. Għaliha, il-Grupp Greens/EFA huwa wieħed mill-aktar gruppi kredibbli biex jikkontrobattu l-populiżmu tal-lemin u jidher ċar li l-membri ta’ Volt minn madwar l-Ewropa jaqsmu l-istess fehma.
Il-ħames MEPs spjegaw id-deċiżjoni tagħhom f’konferenza tal-aħbarijiet nhar it-Tnejn. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja: eurpress@volteuropa.org.
Dwar Volt:
Bħala l-ewwel partit tassew pan-Ewropew, Volt huwa impenjat li jirriforma l-Unjoni Ewropea sabiex l-isfidi globali jiġu solvuti fuq livell Ewropew. Il-viżjoni ta’ Volt: Ewropa progressiva b’gvern Ewropew elett b’mod demokratiku, soċjetà ġusta, ekonomija li tipproteġi l-klima u diġitalizzazzjoni awtonoma.
Volt hu konvint li l-parteċipazzjoni demokratika mill-bażi biss tista’ tipprepara lill-Ewropa għal futur sostenibbli, ekonomikament b’saħħtu u soċjalment ġust. Għalhekk Volt jaħdem fuq kull livell - mill-lokali sal-Ewropew - bħala moviment u bħala partit. Il-moviment jagħti lil kull ċittadin Ewropew leħen u l-opportunità li jinvolvi ruħu fil-politika direttament mis-soċjetà. Volt issa huwa rappreżentat madwar l-Ewropa: eluf ta’ nies ta’ kull età u professjoni huma involuti f’aktar minn tletin pajjiż, b’timijiet f’għexieren ta’ bliet.
Volt Europa
eurpress@volteuropa.org
L-għan tal-kampanja ta’ Volt Malta għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew 2024 kien primarjament li tqajjem aktar għarfien dwar il-partit fuq livell nazzjonali u li tkun parti mill-kampanja pan-Ewropea ta’ Volt Europa li saret f’15-il pajjiż u li wasslet għall-elezzjoni ta’ 5 Membri tal-Parlament Ewropew, u għall-ksib ta’ 1.4 miljun vot madwar l-UE.
Fl-2019 Volt Europa ħadet sehem f’7 pajjiżi, kisbet 416,171 vot u eleġġiet Membru wieħed tal-Parlament Ewropew.
L-ispejjeż tal-partit għall-Elezzjonijiet tal-UE 2024 kienu:
Business Cards
€37.59
Flyers printing (register to vote EU citizens)
€52.89
Flyers printing (MEP Campaign)
€238.93
Posters printing
€27.13
Google Ads
€216.03
Social Media Ads (register to vote EU citizens)
€50
Social Media Ads (MEP Campaign)
€358.88
Total
€981.45
L-ispejjeż tal-kandidat għall-Elezzjonijiet tal-UE 2024 kienu:
Nomination for Election
€90.00
Flyer Distribution (Maltapost)
€99.00
Stationary supplies and services
€54.80
Transportation (cabs and ferries)
€54.50
Total
€298.30
Kollettivament, il-kampanja swiet €1,279.75. Nittamaw li l-partiti u l-kandidati l-oħra juru l-istess livell ta’ trasparenza.
Dak li ma jissemmax huma s-sigħat kollha li l-voluntiera taw biex iqassmu l-maġġoranza l-kbira tal-flyers u jqajmu l-għarfien dwar il-partit madwar Malta u Għawdex.
Aħna kuntenti li din l-elezzjoni Ewropea, kif ukoll dik tal-kunsilli lokali, qed turi interess dejjem jikber f’vuċijiet differenti li jirrappreżentaw lill-pubbliku, u aħna ottimisti li din it-tendenza tkompli.
Billi kienet l-ewwel elezzjoni Ewropea ta’ Volt Malta, tat bażi minn fejn tkompli tikber. Peress li hija parti minn Volt Europa, se tappoġġja x-xogħol tal-5 Membri tal-Parlament Ewropew eletti biex iwettqu l-programm elettorali.
Fl-istess ħin bdejna naħdmu fuq il-proġett soċjali li jmiss u se nimmiraw li nsaħħu l-proġetti eżistenti tagħna; #INeedMAP u #PolitikaOnesta.
Fl-2024, Volt ipparteċipat fl-Elezzjonijiet Ewropej fil-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, iċ-Ċekja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovakkja, Spanja u l-Iżvezja.
Il-Ko-Presidenti ta’ Volt Europa, Mels Klabbers u Francesca Romana D’Antuono, qalu: “Illum huwa mument storiku għall-politika Ewropea. L-MEPs il-ġodda tagħna se jirrappreżentaw lill-votanti madwar l-Ewropa kollha – irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom. Dan hu li jagħmilna uniċi. Hekk hu kif irridu nibdlu l-politika għall-aħjar”
10 ta’ Ġunju 2024 - Volt, l-ewwel u l-uniku partit pan-Ewropew, kiseb ħames Membri tal-Parlament Ewropew wara li pparteċipa għat-tieni darba fl-elezzjonijiet Ewropej. Il-partit se jkun rappreżentat minn Damian Boeselager, Anna Strolenberg, Reinier van Lanschot, Nela Riehl u Kai Tegethoff fil-perjodu leġiżlattiv li jmiss. Damian Boeselager reġa’ żamm is-siġġu tiegħu, wara li kien elett bħala l-ewwel MEP ta’ Volt fl-2019.
Volt jiffoka fuq riforma demokratika tal-UE, politiki ġusti dwar il-migrazzjoni, passi konkreti lejn armata Ewropea, provvista ta’ enerġija rinovabbli madwar l-Ewropa u t-tisħiħ tas-setgħa taċ-ċittadini fi soċjetajiet ġusti fuq livell Ewropew. L-entitajiet nazzjonali tal-partit, iżda, iwettqu l-politiċi rispettivi fuq livell nazzjonali u lokali. B’dan il-mod, Volt jiżgura li l-politiċi pan-Ewropej tiegħu jkollhom ukoll impatt nazzjonali.
Francesca Romana D’Antuono, Co-President of Volt: “Ko-President ta’ Volt, qalet: “Fl-2019, Volt seta’ jiġi elett f’seba’ pajjiżi u kien ilu mwaqqaf biss sentejn. Issa, Volt ħareg f’ħmistax-il pajjiż u ġie appoġġjat minn aktar minn 24,000 membru f’tletin pajjiż madwar l-Ewropa li jfasslu l-għanijiet progressivi tal-partit tagħna, filwaqt li t-talbiet għas-sħubija qegħdin jiżdiedu.”
Mels Klabbers, Ko-President ta’ Volt Europa, spjega l-approċċ pan-Ewropew ta’ Volt: “L-MEPs ta’ Volt mhumiex qed jirrappreżentaw biss il-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom. Minflok, huma jaqsmu identità kollettiva Ewropea u approċċ unifikat għat-tmexxija li jaqbeż il-fruntieri. Dan ifisser li m’għandniex MEPs Olandiżi jew Ġermaniżi; għandna MEPs Ewropej li jirrappreżentaw iċ-ċittadini Ewropej fuq livell transnazzjonali.”
Dwar Volt:
Bħala l-ewwel partit tassew pan-Ewropew, Volt huwa impenjat li jirriforma l-Unjoni Ewropea sabiex l-isfidi globali jiġu solvuti fuq livell Ewropew. Il-viżjoni ta’ Volt: Ewropa progressiva b’gvern Ewropew elett b’mod demokratiku, soċjetà ġusta, ekonomija li tipproteġi l-klima u diġitalizzazzjoni awtonoma.
Volt hu konvint li l-parteċipazzjoni demokratika mill-bażi biss tista’ tipprepara lill-Ewropa għal futur sostenibbli, ekonomikament b’saħħtu u soċjalment ġust. Għalhekk Volt jaħdem fuq kull livell - mill-lokali sal-Ewropew - bħala moviment u bħala partit. Il-moviment jagħti lil kull ċittadin Ewropew leħen u l-opportunità li jinvolvi ruħu fil-politika direttament mis-soċjetà. Volt issa huwa rappreżentat madwar l-Ewropa: eluf ta’ nies ta’ kull età u professjoni huma involuti f’aktar minn tletin pajjiż, b’timijiet f’għexieren ta’ bliet.
Volt Europa
eurpress@volteuropa.org
Matthias Iannis Portelli hu wiċċ ġdid għall-pubbliku. Dan minkejja li ż-żgħażagħ u l-attivisti frekwentement jiltaqgħu miegħu fi protesti għad-drittijiet umani, ambjentali u anke demokratiċi. Mhux kulħadd jaf l-istorja wara l-unika kandidat tal-VOLT għall-elezzjonijiet Ewropew u għalhekk li l-ILLUM poġġiet ma’ Portelli għal Intervista qasira.
Tista taqra l-artiku hawn
Brussell, Il-Ħadd 7 ta’ April 2024 – Volt imexxi b’eżempju u b’ambizzjoni billi jibda l-kampanja tiegħu għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fi tmiem il-ġimgħa fi Brussell b’lista tassew transnazzjonali u b’duo ta’ kandidati ewlenin b’saħħtu. L-MEP Ġermaniż Damian Boeselager u l-MEP Olandiża Sophie in ’t Veld ġew eletti mill-membri minn madwar l-Ewropa kollha u se jkunu figuri ta’ għaqda fil-pjanijiet ambizzjużi ta’ Volt għal kampanja verament pan-Ewropea, li għandha l-għan li twassal għal Ewropa aktar ekoloġika, aktar ġusta u innovattiva fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Ġunju li ġej.
Damian Boeselager hu konvint:
L-istorja mhix xi ħaġa li sseħħ waħedha, imma aħna bħala individwi għandna l-poter niddeċiedu kif se jmorru l-affarijiet. Aħna fhimna dik ir-responsabbiltà.  Qed nuru lill-Ewropa kif għandha tidher id-demokrazija tagħna. Aħna l-uniku partit Ewropew veru li qed jippreżenta lista transnazzjonali reali, b’kandidati minn 20 pajjiż differenti, taħt l-istess programm u isem kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll Ewropew. Hemm ħafna partiti li jsejħu lilhom infushom Ewropej, iżda hemm wieħed biss li verament hu – u dak hu Volt.
Sophie in ‘t Veld żiedet:
Ilni nagħti l-passjoni kollha tiegħi lill-Ewropa għal aktar minn 30 sena, iżda li nkun Spitzenkandidat għal partit tassew Ewropew huwa xi ħaġa speċjali għalija. In-nies li bdew il-proġett Ewropew kellhom il-poter jimmaġinaw Ewropa aħjar fost it-tifrik ta’ żewġ gwerer dinjija. Aħna, bħala l-uniku partit tassew Ewropew, issa aħna l-ewwel li nedew lista verament transnazzjonali b’Spitzenkandidaten tassew Ewropej. Qed nuru lill-Ewropa: dan huwa possibbli!
Il-membri vvutaw għall-ewwel lista transnazzjonali fl-istorja tal-Unjoni Ewropea b’kandidati minn 20 pajjiż differenti (l-Albanija, l-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit) għall-elezzjonijiet Ewropej, li jimmarka mument storiku fid-demokrazija Ewropea u jissimbolizza forza ta’ għaqda fil-viżjoni ambizzjuża ta’ Volt għal politika tassew pan-Ewropea. Din il-lista simbolika u innovattiva hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha maħluqa skont il-proposta tal-Parlament Ewropew għal vot bħal dan fil-futur. Volt jemmen li billi diġà qed jiżvela lista bħal din qed isir pass importanti lejn it-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea.
Dan jimmarka mument sinifikanti għal Volt, li jirrifletti l-aspirazzjoni kollettiva tagħna li nippromwovu l-ideat progressivi u pan-Ewropej tagħna fil-leġiżlatura li jmiss tal-Parlament Ewropew.
Fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Volt għandu l-għan li joħroġ f’16-il pajjiż Ewropew u jakkwista sa 10 siġġijiet.
Għal aktar informazzjoni jew għal talbiet ta’ intervista jekk jogħġbok ikkuntattja:
Gina Nießer
PR Manager Volt
gina.niesser@volteuropa.org